Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
Il-Lingwa magħżula: Malti
X'qed tfittex?
committee
Fid-dinja l-kanċer joqtol madwar disa' miljun ruħ fis-sena. Fl-Unjoni Ewropea biss kull sena jmutu bil-kanċer 1.3 miljun ruħ u jiġu dijanjostikati 3.5 miljun każ ġdid.
Filwaqt li l-biċċa l-kbira tar-responsabbiltà fil-qasam tas-saħħa għadha f'idejn l-Istati Membri, l-UE tista' u għandha tagħti sehemha. Billi l-kanċer mhuwiex biss problema nazzjonali, is-soluzzjoni lanqas ma tista' tkun waħda biss nazzjonali. Din hi r-raġuni għala, permezz tad-direzzjoni li ta l-Grupp PPE, il-Parlament Ewropew waqqaf Kumitat Speċjali biex jara x'tista' tagħmel l-Ewropa biex tgħin lill-Ewropej jiġġieldu kontra l-kanċer u jirbħulu.
Il-ħidma tal-Kumitat Speċjali għall-Ġlieda kontra l-Kanċer se tissejjes fuq erba' oqsma ewlenin: il-prevenzjoni, id-dijanjosi bikrija, it-trattament u l-assistenza. Dawn l-oqsma jirrappreżentaw l-approċċ strateġiku li ħadet l-UE biex tiġġieled il-kanċer. Il-fatt li 40 % tal-każijiet kollha tal-kanċer jistgħu jiġu evitati jfisser li nistgħu naħdmu biex nilħqu l-għan li nevitawhom u niżguraw ħajja aħjar u aktar sana għal ħafna Ewropej.