Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
Il-Lingwa magħżula: Malti
X'qed tfittex?
committee
Is-saħħa u l-benesseri tal-annimali huma l-qofol tas-sigurtà tal-ikel Ewropea li l-Grupp PPE qiegħed jipproteġi. Nafu li l-benesseri tal-annimali huwa wkoll għal qalb il-bdiewa u r-raħħala Ewropej, kif ukoll huwa ta' vantaġġ għall-konsumaturi.
L-esperjenza reċenti wriet li s-settur tat-trasport tal-annimali ħajjin għadda minn diversi problemi minħabba n-nuqqas ta' regolamenti jew il-ksur ta' dawk li diġa jeżistu. Il-Kumitat ANIT se jinvestiga dan l-allegat ksur fl-applikazzjoni tal-liġijiet tal-UE dwar il-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport u l-operazzjonijiet relatati fl-UE u barra minnha.
Nagħtu l-appoġġ sħiħ tagħna lil dan ix-xogħol u għaldaqstant niddefendu l-interessi tal-bdiewa u r-raħħala billi nipproteġu l-negozji tagħhom u niggarantixxu standards Ewropej għoljin fil-qasam tal-protezzjoni tal-annimali waqt it-trasport, kemm ġewwa il-fruntieri tagħna kif ukoll lil hinn minnhom. Konvinti li bit-tisħiħ tal-infurzar tar-regolamenti attwali u l-iżgurar tal-implimentazzjoni korretta tagħhom, ser jiġu solvuti dawn l-kwistjonijiet. Ser jinstabu soluzzjonijiet kostruttivi biex dan is-settur jiffunzjona aħjar.