Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
Il-Lingwa magħżula: Malti
X'qed tfittex?
24.03.2017
Is-60 anniversarju tat-Trattat ta' Ruma
EPPTV jagħti ħarsa ħajja lejn l-istorja intriganti wara l-iffirmar tad-dokument fundatur tal-Unjoni Ewropea, it-Trattat ta' Ruma, li ġie ffirmat 60 sena ilu fil-25 ta' Marzu 1957.
Dan id-dokumentarju qasir joħodna ġewwa l-Palazz tal-Konservaturi f'Ruma fejn sar l-iffirmar u hemmhekk nitkellmu mal-ġurnalista David Willey, li kien għex l-esperjenza. Fil-vidjo mill-arkivji, l-eks negozjatur Franċiż Jean-François Deniau jiddiskuti l-istorja minn ġewwa tad-diskussjonijiet kumplessi u l-interessi komuni li kienu għaqqdu flimkien lis-sitt membri fundaturi ta' dik li issa saret l-Unjoni Ewropea ta' 28 nazzjon. Steven Blockmans mill-grupp ta' riflessjoni CEPS iħares lura lejn l-interessi li kellha l-Ewropa u l-President tal-Grupp Politiku PPE Manfred Weber jitkellem dwar l-esperjenza tal-ġenerazzjoni tiegħu: il-ħajja f'Ewropa ta' paċi u libertà.
6 / 54