Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
Il-Lingwa magħżula: Malti
X'qed tfittex?
Filwaqt li l-Ewropa kienet fuq quddiem nett tal-innovazzjoni globali għal sekli, issa jeħtieġ li nlaħħqu mal-Istati Uniti u l-Asja. L-Ewropa għandha l-potenzal li għal darb’oħra tmexxi l-mewġa diġitali li jmiss, waħda li diġà qed tittrasforma l-industriji tradizzjonali u d-djar tagħna.
Biex niksbu dan il-kompitu, aħna nemmnu fl-istabbiliment ta’ qafas regolatorju li jipprovdi l-kundizzjonijiet adatti biex is-soċjetajiet iħaddnu l-innovazzjoni u li jiżgura li hemm biżżejjed finanzjament. Ambjent li jista’ jiġġenera promoturi Ewropej ġodda fl-innovazzjoni, bħal Airbus. Jeħtieġ li ntejbu l-programmi ta’ riċerka għall-intelliġenza artifiċijali filwaqt li nistabbilixxu standards etiċi u soċjali ċari.
L-innovazzjoni hija dwar persuni li jagħmlu l-ideat jaħdmu għal persuni oħra - is-saħħa elettronika, it-trasport konness, l-ippjanar urban intelliġenti, il-biedja sostenibbli, l-inklużjoni għal persuni b’diżabilità. L-innovazzjoni mhijiex dwar rebbieħa u telliefa. Hija dwar bidla għas-servizz tal-Ewropej. Jeħtieġ li s-sistemi edukattivi tagħna jippromwovu l-litteriżmu diġitali f’età żgħira u li jitqabblu l-ħiliet adatti mal-opportunitajiet adatti. L-Ewropa għandha ssegwi wkoll l-innovazzjoni biex tiffaċilita l-parteċipazzjoni fis-soċjetà - bħall-votazzjoni elettronika jew l-amministrazzjoni mingħajr karti.
Aħna nappoġġjaw politika tal-innovazzjoni bbażata fuq il-valuri, mhux l-algoritmi, u mhux immexxija minn ġganti teknoloġiċi jew setgħat awtoritarji. L-istil ta’ ħajja Ewropew għandu l-ingredjenti kollha għal suċċess: valuri, ekonomija tas-suq soċjali u ġusta, kapaċitajiet kreattivi u demokraziji stabbli. Dawn il-vantaġġi kompetittivi pproduċew stejjer ta’ suċċess industrijali, kapaċitajiet ta’ riċerka eċċellenti, sistemi edukattivi robusti u l-aktar setgħa tal-konsumatur b’saħħitha fid-dinja. Jekk irridu nippreservawha, l-Ewropa jeħtieġ li tinkoraġġixxi mudelli kummerċjali ġodda li joħolqu impjegi ġodda filwaqt li nippreservaw l-istandards soċjali tagħha.
Innovazzjoni