Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
Il-Lingwa magħżula: Malti
X'qed tfittex?
L-Ewropa għandha rwol ewlieni fil-ġlieda kontra t-tibdil fil-klima u fl-impenn li jkun hemm progress lejn ekonomija b’livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju biex jinkiseb l-għan ambizzjuż tal-Ftehim ta’ Pariġi li jiġu limitati ż-żidiet fit-temperatura globali għal ferm inqas minn żewġ gradi Celcius ’il fuq mil-livelli preindustrijali.
Għal dan il-għan, l-UE jeħtieġ li tiżviluppa strateġija għat-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra sal-2020 - iżda trid issib it-taħlita ta’ politika xierqa bejn l-ambizzjoni u l-kompetittività tal-kumpaniji tagħna. L-għanijiet tal-klima tagħna jiffokaw fuq it-tnaqqis tal-emissjonijiet mill-industrija permezz ta’ sistema għall-iskambju msejħa l-ETS – Sistema għall-Iskambju ta’ Kwoti tal-Emissjonijiet , li tippermetti lill-kumpaniji jnaqqsu l-l-emissjonijiet tagħhom b’mod effettiv. Ajruplani, karozzi u vannijiet ġodda se jkunu soġġetti wkoll fil-futur qarib għal limiti aktar stretti fuq l-emissjonijiet.
Jeħtieġ ukoll li nindirizzaw l-iskart tal-plastik li qed jeqred l-ibħra u x-xtut tagħna. Jekk ma naġixxux issa, jista’ jkun li dalwaqt ma jkollniex fuq xiex naġixxu. Is-sostituzzjoni tal-plastik mhux riutilizzabbli kollu b’alternattivi innovattivi u prodotti li jistgħu jerġgħu jintużaw ma tkunx biss soluzzjoni tajba għall-pjaneta iżda diġà hija opportunità ekonomika. Immexxu r-rivoluzzjoni biex l-Ewropa tista’ toħloq impjiegi ġodda.
L-enerġija hija waħda mill-elementi ewlenin tal-ekonomija Ewropea. L-għan tagħna huwa li niżguraw provvista stabbli u sostenibbli bi spejjeż raġonevoli għan-negozji u d-djar tagħna. Id-dinja qed tiffaċċja sfidi serji rigward l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra u t-tisħin globali, u parti kbira minnhom hija relatata mal-użu massiv kontinwu ta’ fjuwils fossili.
Fl-istess ħin, l-UE qed tiffaċċja sfidi serji ta’ dipendenza fuq l-importazzjoni tal-enerġija u s-sigurtà tal-provvista, kif ukoll l-ispiża għolja tal-enerġija, li tagħmel ħsara lill-kompetittività tal-industrija tagħna fl-ekonomija globali. Aħna nemmnu li t-triq ’il quddiem tinsab fl-Unjoni tal-Enerġija, ibbażata fuq żewġ pilastri: id-diversifikazzjoni tas-sorsi tal-enerġija (l-istimulazzjoni tal-produzzjoni tal-enerġija rinnovabbli) u l-integrazzjoni tas-suq tal-enerġija tal-UE, sabiex ikun hemm fluss ħieles tal-enerġija minn naħa għal oħra tal-fruntieri. Jeħtieġ li ntejbu l-effiċjenza tal-enerġija, innaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet b’effett ta’ serra u nippromwovu l-investiment f’teknoloġija nadifa.
Enerġija affordabbli u l-ġlieda kontra l-bidla fil-klima