Għażel pajjiż
Agħżel il-pajjiż tiegħek biex issegwi l-aħbarijiet mill-MPE lokali tiegħek:
Il-pajjiżi ta' hawn taħt ma jippubblikawx kontenut bil-lingwa tiegħek. Agħżel il-pajjiż jekk trid issegwi aħbarijiet bl-Ingliż jew bil-lingwa(i) nazzjonali tagħhom:
Il-Lingwa magħżula: Malti
X'qed tfittex?
Il-Grupp tal-PPE jiżviluppa b’mod attiv relazzjonijiet b’saħħithom mal-gruppi parlamentari tal-PPE kollha rappreżentati fil-parlamenti nazzjonali tal-UE. Aħna nemmnu li djalogu politiku b’saħħtu ma’ dawn il-gruppi, mhux biss jagħmel l-UE tirrispondi aħjar liċ-ċittadini iżda wkoll issaħħaħ il-prijoritajiet u l-inizjattivi tal-Grupp fl-UE. Billi naħdmu flimkien, aħna nagħmlu liġijiet tal-UE aħjar, inkunu aktar viċin taċ-ċittadini u fl-aħħar mill-aħħar insaħħu d-demokrazija Ewropea.
Il-Grupp tagħna jemmen li dawn il-gruppi parlamentari, jekk ikunu viċin taċ-ċittadini tal-UE, jkunu kruċjali għad-demokrazija fl-Ewropa. Hu għalhekk li nappoġġjaw l-involviment tagħhom fid-dibattiti politiċi tal-UE.
F’temi fejn l-UE m’għandiex kompetenza esklussiva (temi li m’humiex koperti fil-liġijiet tal-UE), il-parlamenti nazzjonali jassiguraw li kull leġiżlazzjoni tal-UE eventwali tkun preferenzjali għall-miżuri lokali jew nazzjonali taħt il-prinċipju tas-sussidjarjetà. Aħna nemmnu li l-kooperazzjoni għandha tiffoka fuq x’naħsbu li l-UE għandha tagħmel għal futur aħjar u aktar sigur għaċ-ċittadini Ewropej.
Aktar kmieni, l-Grupp tal-PPE irrikonoxxa l-importanza tad-dibattitu politiku kontinwu mal-gruppi parlamentari tal-PPE fil-parlamenti nazzjonali dwar temi marbuta mal-Ewropa. Aħna konna l-ewwel Grupp li stabbilixxejna relazzjonijiet formali bħal dawn, fejn inġibu flimkien parlamenti nazzjonali fiċ-ċiklu leġislattiv. U għaliex huwa essenzjali li d-deċiżjonijiet dwar il-futur tal-Ewropa jittieħdu minn politiċi u partiti politiċi huma responsabbli u mhux minn istituzzjonijiet jew burokraziji anonimi, dawn il-laqgħat inter-parlamentari huma kruċjali biex jipprovdu bażi b’saħħitha għal aktar integrazzjoni Ewropea.
Aħna jkollna laqgħat regolari ma’ parlamentari nazzjonali mill-familja tal-PPE u stabbilixxejna netwerks bejniethom u l-MEPs. L-aktar importanti ta’ dawn il-laqgħat inter-parlamentari huma is-Summits taċ-Chairpersons tal-partiti nazzjonali li huma affiljati mal-PPE. Laqgħat oħra jinkludu n-Netwerk tal-Affarijiet tal-UE u n-Netwerk tal-Membri Żgħażagħ.
Summits taċ-Chairpersons tal-PPE
Is-Summits iġibu flimkien iċ-chairpersons tal-gruppi parlamentari tal-PPE fil-parlamenti nazzjonali tal-UE u l-Parlament Ewropew. Huma jiltaqgħu darbtejn fis-sena fi Brussell biex jifformulaw pożizzjoni komuni dwar il-perspettivi u l-prijoritajiet politiċi tal-Grupp tal-PPE u biex jiddiskutu temi topiċi Ewropej. Il-Presidenti tal-Parlament Ewropew u l-Kummissjoni Ewropea, il-Kummissarji Ewropej jekk huma membri tal-familja politika tal-PPE, jistgħu jkunu mistiedna biex jipparteċipaw f’dawn is-Summits.
In-Netwerk tal-Affarijiet tal-UE
In-Netwerk tal-Affarijiet tal-UE jġib flimkien l-MEPs tal-Grupp tal-PPE u l-parlamentari nazzjonali li huma kelliema għall-grupp fuq temi Ewropej. Dawn jkunu Chairpersons jew Deputati Chairpersons tal-kumitati parlamentari nazzjonali fuq temi Ewropej, jew inkella kelliema għaċ-chairpersons tal-gruppi parlamentari. Dawn jiltaqgħu b’mod regolari. L-għan hu li jiddibattu temi politiċi kurrenti fid-dettall b’tali mod li jifformulaw ftehim reċiproku u jsaħħu l-metodi ta’ kif jistgħu jaħdmu flimkien.
In-Netwerk tal-Membri Żgħażagħ
In-Netwerk tal-Membri Żgħażagħ tal-Grupp tal-PPE jikkonsisti f’Membri tal-parlamenti nazzjonali mill-familja politika tal-PPE u Membri tal-Parlament Ewropew (MEPs) tal-Grupp tal-PPE sal-età ta’ 40 sena meta jkunu ġew eletti. Dan in-Netwerk beda programm popolari ta’ skambju għall-MPs nazzjonali bl-isem ta’ Programm tal-Erasmus tal-MPs Żgħażagħ, li tippermettilhom li jqattgħu żmien mal-Grupp tal-PPE u jkabbru l-għarfien u n-netwerk tagħhom fl-Unjoni Ewropea. Il-membri żgħażagħ huma involuti b’mod attiv fid-dibattitu dwar il-futur tal-Ewropea.
1 / 1