Working groups

Il-ħidma tagħna fil-kumitati organizzata skont l-oqsma ta’ prijorità għalina

Is-suġġetti li huma koperti fil-kumitati tal-Parlament Ewropew huma vasti u wiesgħa, għalhekk norganizzaw il-ħidma tagħna fil-kumitati permezz ta’ Gruppi ta’ Ħidma. L-erba’ Gruppi ta’ Ħidma jirrappreżentaw l-oqsma ta’ prijorità għalina, u kull kumitat jappartjeni wieħed mill-Gruppi ta’ Ħidma. Kull Grupp ta’ Ħidma hu mmexxi minn wieħed mid-Deputati Chairpersons.

Għal kull rapport u riżoluzzjoni li l-Parlament Ewropew jivvota fuqhom fuq livell ta’ kumitat jew plenarja, il-Gruppi ta’ Ħidma jifformulaw il-pożizzjoni kordinata tal-Grupp tal-PPE.

Skopri kif l-MEPs tiegħek qed jirrappreżentaw l-interessi tiegħek fuq temi leġislattiv u ta’ politika fuq livell Ewropew.

Affarijiet barranin

Aħna qed inħallu nfluwenza fuq il-politika barranija u tas-sigurtà tal-UE, immexxu sforzi tal-UE biex nassiguraw il-fruntieri esterni tal-UE, nimbuttaw u naħdmu għall-ħolqien ta’ Unjoni Ewropea tad-Difiża u liberalizzazzjoni tal-viża. Il-Balkani tal-Punent ukoll huma prijorità għalina.

Il-Baġit, l-Agrikoltura u l-Fondi Reġjonali

Aħna qed naħdmu għal baġit li bih, l-Ewropa tkun aktar kompetittiva u tħares lejn il-futur, tippromwovi l-użu effiċjenti u effettiv tat-taxxi, biex iġġib l-aqwa riżultati għall-flus tal-UE.

L-Intern u l-Affarijiet Legali

Aħna qed niġġieldu għal UE fejn iċ-ċittadini jgawdu d-drittijiet fundamentali u fejn is-saltna tad-dritt tkun rispettata. Dan il-Grupp ta’ Ħidma jaħdem fuq temi maġġuri bħall-immigrazzjoni, l-libertajiet ċivili, l-ugwaljanza u temi edukattivi, kostituzzjonali u legali.

L-ekonomija, l-impjiegi u l-ambjent

Aħna qed nindirizzaw numru wiesgħa ta’ mistoqsijiet: mill-futur tal-Unjoni Ekonomika u Monetarja fl-UE, l-ewro u l-stabbilità finanzjarja, għal-provvista u s-sigurtà tal-enerġija, l-politika tal-klima, il-protezzjoni tal-ambjent u l-kwalità tal-arja.