Karrieri 

Jekk trid taħdem għal aktar Unjoni Ewropea magħquda, għandek tikkunsidra tapplika għal pożizzjoni mal-Grupp tal-PPE.

Aħna nimpjegaw u niżviluppaw persuni li jkunu ambizzjużi u dedikati, kommessi li jkomplu t-tkabbir tal-Unjoni Ewropea u li jippromwovu l-integrazzjoni politika fl-Ewropa. Xogħolna hu li jservi l-Membri tal-Grupp tal-PPE fil-Parlament Ewropew (PE), l-akbar u l-aktar grupp politiku influwenti.

L-impjegati dedikati u kompetenti tagħna jappoġġjaw il-ħidma tal-MEPs, skont il-linja tal-Grupp u l-aġenda tal-PE. Aħna nimpjegaw konsulenti politiċi, b’għarfien espert ta’ kif tiffunzjona l-UE u komunikaturi li jassiguraw li l-messaġġi tal-Grupp jaslu kemm lill-media tradizzjonali kif ukoll online, filwaqt li l-kollegi tagħna fl-organizzazzjoni interna (Riżorsi Umani, Finanzi u IT) jipprovdulna għodod moderni li nistgħu naħdmu bihom b’mod effiċjenti u effettiv.

Il-kollegi tagħna ġejjin mill-Istati Membri kollha tal-UE flimkien ma’ pajjiżi kandidati. Għandna madwar 300 impjegat permanenti u dawk b’kuntratti li jaħdmu mal-Grupp tal-PPE li huma parti mis-servizz taċ-ċivil Ewropew.

 

Il-ħaddiema tagħna jikkonsistu:

Aġenti Temporanji

Il-maġġoranza tal-ħaddiema huma aġenti temporanji b’kuntratti għal perjodu indeterminanti li jkunu ngħażlu wara proċedura ta’ għażla li tinkludi testijiet tal-kitba u dawk orali. Dawn il-vakanzi nippubblikawhom hawn taħt.

Aġenti b’Kuntratt

Il-Grupp għandu wkoll numru ta’ aġenti b’kuntratt. Bħala regola ġenerali, dawn il-kollegi jintgħażlu minn lista ta’ riżerva li tkun stabbilita wara intervisti quddiem Kumitat ta’ Għażla. Il-perjodu massimu ta’ dawn il-kuntratti hu ta’ sitt snin.

Impjegati taċ-ċivil

Fost il-ħaddiema permanenti hemm ukoll numru żgħir ta’ impjegati taċ-ċivil tal-istituzzjonijiet tal-UE, primarjament mill-Parlament Ewropew, li ġew provduti lill-Grupp.

Is-Segretarjat tal-Grupp jikkonsisti f’amministrazzjoni pubblika bil-għan li tilħaq l-ogħla standards professjonali. Aħna nilqgħu d-diversità kulturali fost l-impjegati tagħna. Aħna naħdmu f’ambjent internazzjonali u kważi dejjem b’aktar minn lingwa waħda. Nippruvaw noħolqu ambjent ta’ kburija u kollaborazzjoni fost il-kollegi. L-impjegati huma offruti taħriġ professjonali biex ikomplu jiżviluppaw personalment.

 

Lista ta’ vakanzi

Idħol fil-paġna   verżjoni bl-Ingliż  biex tara l-postijiet vakanti tagħna

Wara l-kwinti

Ħu idea ta’ x’jiġri wara l-kwinti b’dawn l-istampi tal-Membri tal-Parlament Ewropew f’ambjenti aktar informali. Skopri kif il-ħidma ta’ kuljum ta’ MEP tinvolvi aktar minn dibattiti, voti u laqgħat tal-kumitati, kif is-Segretarjat tagħna tappoġġa l-ħidma tagħhom.