committee

Petizzjonijiet

Intejbu l-leġiżlazzjoni futura

Fuq livell prattiku, huwa responsabbli għall-ipproċessar tal-petizzjonijiet u wkoll għar-relazzjonijiet mal-Ombudsman Ewropew. Il-kumitat għandu wkoll rwol importanti biex jgħin fl-identifikazzjoni ta' problemi relatati mal-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni tal-UE fl-Istati Membri.

It-trattati tal-UE jiggarantixxu li ċ-ċittadini Ewropej kollha għandhom id-dritt li jiktbu lill-Parlament Ewropew rigward id-diversi tipi ta' problemi li jiltaqgħu magħhom fil-ħajja tagħhom ta' kuljum, meta dawn il-kwistjonijiet ikunu jaqgħu fil-kamp ta' attività tal-Unjoni Ewropea.

Wara kollox, l-esperjenzi diretti taċ-ċittadini Ewropej tad-dritt tal-UE jistgħu jgħinuna bħala leġiżlaturi. Aħna għandna nieħdu aktar vantaġġ minnhom biex intejbu l-leġiżlazzjoni futura.

Committee picture