committee

Sigurtà u d-Difiża

Tinżamm l-istabbiltà fil-viċinat tal-UE

F'termini prattiċi, dan il-kumitat jassisti lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin dwar kwistjonijiet rigward il-Politika Barranija u ta' Sigurtà Komuni u l-Politika Ewropea ta' Sigurtà u Difiża. Huwa kompitu tiegħu li jżomm responsabbli lil dawk li jieħdu d-deċiżjonijiet fil-qasam tas-sigurtà u d-difiża. Jappoġġja wkoll il-kontribuzzjoni tal-UE biex jinżammu l-paċi u l-istabbiltà fil-Balkani, il-Kawkasu tan-Nofsinhar, l-Afrika u l-Lvant Nofsani.

Dan is-sottokumitat jiffoka l-aktar fuq kwistjonijiet militari u ta' difiża.

Il-promozzjoni għall-Unjoni Ewropea tad-Difiża

Il-Grupp tal-PPE jeżiġi kontinwament li l-istituzzjonijiet tal-UE u l-Istati Membri jonoraw l-impenji tagħhom biex tiżdied is-sigurtà taċ-ċittadini Ewropej. Aħna nemmnu li l-Istati Membri tal-UE għandhom jieħdu vantaġġ mill-effetti ta' sinerġija li ġejjin minn żieda fil-kooperazzjoni u fil-koordinazzjoni rigward id-difiża. Wara kollox, biex niżguraw il-paċi, jeħtieġ li nkunu lesti biex naġixxu b'ħeffa, b'mod deċiżiv u b'determinazzjoni, u l-aħjar mod kif isir dan huwa fi ħdan Unjoni Ewropea tad-Difiża futura.

Aħna ħeġġiġna ħafna l-ħolqien ta' Unjoni Ewropea tad-Difiża fejn l-Istati Membri jallinjaw b'mod strateġiku u jaqsmu fehim komuni tat-theddidiet biex jiġu żviluppati kapaċitajiet konġunti għall-għarfien tas-sitwazzjoni. Fassalna pjan ta' azzjoni għall-funzjonament futur tagħha u se nkomplu ninsistu għal pjan direzzjonali b'passi realistiċi u prattiċi lejn l-istabbiliment tagħha. Aħna żgurajna wkoll €500 miljun f'finanzjament mill-UE għar-riċerka konġunta dwar id-difiża kif ukoll dwar ir-riċerka u l-iżvilupp.

Committee picture