Indħil Barrani fil-Proċessi Demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-Diżinformazzjoni (INGE 2)

Il-ġlieda kontra l-indħil u d-diżinformazzjoni

L-aħbarijiet foloz u l-kampanji propagandistiċi jistgħu jiddestabbilizzaw id-demokrazija Ewropea. Il-kampanji ta' diżinformazzjoni jikkostitwixxu theddida għas-sigurtà tal-Istati Membri kollha tal-UE.

Il-Grupp PPE jemmen li l-UE għandha ssaħħaħ il-kapaċitajiet tagħha biex taqbad, tikxef u tiġġieled kontra d-diżinformazzjoni. Dawn l-isforzi jiswew l-flus u għandu bżonn riżorsi umani adegwati, u jeħtieġ ukoll koordinament u kooperazzjoni aħjar fi ħdan l-UE u barra minnha.

Il-Kumitat Speċjali dwar l-Indħil Barrani u d-Diżinformazzjoni għandu ħafna għanijiet u kompiti. Il-Kumitat se janalizza l-investigazzjonijiet li juru li r-regoli elettorali bażiċi nkissru jew ġew evitati, u biħsiebu jixħet dawl fuq il-finanzjament tal-kampanji elettorali.

Ix-xogħol tal-Kumitat se jikkonċentra fuq azzjoni koordinata fuq livell tal-UE biex jiġu indirizzati t-theddid ibridu, inklużi l-attakki informatiċi fuq objettivi militari u mhux militari, l-operazzjonijiet ta' hack-and-leak (intrużjoni f'siti web u kxif ta' informazzjoni kunfidenzjali) għad-danni ta' leġiżlaturi, uffiċjali pubbliċi, ġurnalisti, kandidati u partiti politiċi, kif ukoll iċ-ċiberspjunaġġ għal finijiet ta' serq tal-proprjetà intellettwali tal-kumpaniji u s-serq ta' data sensittiva taċ-ċittadini.

Huwa essenzjali li nqawwu l-isforzi preventivi tagħna kontra l-indħil barrani u l-aħbarijiet foloz peress li d-demokrazija tagħna tiddependi mill-kapaċità tan-nies li jieħdu deċiżjonijiet infurmati. Il-Grupp PPE beħsiebu jiżvolġi rwol attiv f’dan il-Kumitat, kif diġà għamel fl-imgħoddi f’Kumitati simili.

Bħalissa

No result

Pożizzjoni relatata

Affarijiet barranin

Kontenut relatat

No result