committee

Drittijiet tal-Bniedem

Id-drittijiet tal-bniedem ikunu fuq quddiem nett tal-politika

L-Unjoni Ewropea hija impenjata li tappoġġja d-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fir-relazzjonijiet esterni tagħha, skont il-prinċipji fundaturi tagħha tal-libertà, id-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, għal-libertajiet fundamentali u għas-saltna tad-dritt. Is-Sottokumitat huwa responsabbli biex jassisti lill-Kumitat għall-Affarijiet Barranin dwar kwistjonijiet rigward id-drittijiet tal-bniedem, il-protezzjoni tal-minoranzi u l-promozzjoni ta' valuri demokratiċi f'pajjiżi terzi ġewwa u barra l-Ewropa.

Il-promozzjoni tad-drittijiet tal-bniedem

Is-Sottokumitat għandu l-kompitu li jissorvelja d-djalogi u l-konsultazzjonijiet iddedikati lid-drittijiet tal-bniedem li l-UE stabbiliet ma' pajjiżi terzi. Kull sena, dan jibgħat delegazzjonijiet f'postijiet ġewwa u barra l-Ewropa biex jissorveljaw is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-post u jinvolvu ruħhom ma' firxa wiesgħa ta' partijiet kkonċernati.

Kull sena mill-1988 'il hawn, il-Parlament Ewropew ta l-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb biex jonora l-isforzi favur id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali u kontra l-oppressjoni u l-inġustizzja. Matul dawn it-30 sena, il-Grupp tal-PPE huwa kburi li innomina diversi rebbieħa tal-premju fosthom, f'dawn l-aħħar snin, l-Oppożizzjoni Demokratika fil-Venezwela, dissidenti Kubani, rappreżentant fil-Belarussja u rappreżentanti tar-Rebbiegħa Għarbija.

Committee picture